Mur fil-kontenut

‘Ippritkaw l-Aħbar Tajba!’

Konvenzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova 2024

Dħul b’xejn Ma jsir ebda ġbir

X’Se Nitgħallmu?

Il-Ġimgħa: Ara kif l-istorja dwar il-ministeru taʼ Ġesù li nsibu fl-Evanġelji hi rakkont eżatt tal-ħajja tiegħu. Tgħallem kif dawn ir-rakkonti fil-Bibbja jistgħu jgħinuna llum il-ġurnata.

Is-Sibt: Fil-Bibbja liema profeziji nsibu dwar it-twelid taʼ Ġesù u dwar meta kien żgħir? U dawn il-profeziji vera ġraw?

Il-Ħadd: Tgħallem għala miljuni taʼ nies huma konvinti li se jkollhom futur sabiħ, minkejja li l-affarijiet fid-dinja sejrin għall-agħar, permezz tat-taħdita minn fuq il-Bibbja “Għala Ma Nibżgħux minn Aħbarijiet Ħżiena?”

Drama b’Vidjow

L-Istorja tal-Ħajja taʼ Ġesù: L-1 Episodju

Id-Dawl Veru fid-Dinja

Il-miraklu tat-twelid taʼ Ġesù kien l-ewwel mill-ħafna ġrajjiet importanti li ġraw meta Ġesù kien għadu żgħir. Il-ġenituri ħaduh l-Eġittu minħabba li r-Re Erodi ried joqtlu. Iktar tard, xi għalliema intelliġenti baqgħu impressjonati b’Ġesù. Ara dawn il-ġrajjiet u oħrajn fl-episodju li se jkun maqsum f’żewġ partijiet, il-Ġimgħa u s-Sibt.

Ara l-vidjows dwar il-konvenzjoni taʼ din is-sena

X’Jiġri fil-Konvenzjonijiet Tagħna?

Sir af x’jiġri f’konvenzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova.

Konvenzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova 2024: ‘Ippritkaw l-Aħbar Tajba!’

Sir af x’se nitgħallmu fil-konvenzjoni taʼ din is-sena.

Parti mid-Drama b’Vidjow: L-Istorja tal-Ħajja taʼ Ġesù

Ħafna nies jafu li t-twelid taʼ Ġesù kien miraklu. Imma x’ġara qabel u wara din il-ġrajja importanti?