Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 2

Kif tistaʼ titgħallem dwar Alla?

“Dan il-ktieb tal-liġi m’għandux jitbiegħed minn fommok, u trid taqrah u timmedita fuqu lejl u nhar, sabiex tkun tistaʼ tieħu ħsieb tagħmel skond kulma hemm miktub fih; għax imbagħad se tirnexxi fi triqtek u mbagħad se taġixxi bl-għerf.”

Ġożwè 1:8

“Komplew jaqraw b’leħen għoli mill-ktieb, mil-liġi taʼ l-Alla l-veru, u din ġiet spjegata sew, u mfissra; u komplew ifiehmu l-qari.”

Neħemija 8:8

“Hieni l-bniedem li ma mexiex fuq il-parir tal-ħżiena . . . , imma li l-għaxqa tiegħu hi fil-liġi taʼ Ġeħova, u lejl u nhar jaqra u jimmedita fuq il-liġi tiegħu. . . . Jirnexxi f’kulma jagħmel.”

Salm 1:1-3

“Filippu ġera lejh u semgħu jaqra b’leħen għoli l-profeta Isaija u qallu: ‘Qed tifhem verament x’int taqra?’ Wieġbu: ‘Tabilħaqq, kif nistaʼ nifhem, jekk xi ħadd ma jiggwidanix?’”

Atti 8:30, 31

“Il-kwalitajiet inviżibbli tiegħu, jiġifieri, il-qawwa eterna u d-Divinità tiegħu, kienu jidhru ċar mill-ħolqien tad-dinja ’l quddiem, għax jintgħarfu mill-affarijiet li nħolqu, u b’hekk ma jistgħux iġibu skuża.”

Rumani 1:20

“Immedita fuq dawn l-affarijiet; kun medhi fihom, biex kulħadd jara li qed tavanza.”

1 Timotju 4:15

“Ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-imħabba u l-għemejjel tajbin, u ma nabbandunawx il-laqgħat tagħna flimkien.”

Ebrej 10:24, 25

“Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, ħa jibqaʼ jitlob lil Alla, għax hu jagħti b’mod ġeneruż u mingħajr ma jċanfar lil ħadd; u jingħatalu.”

Ġakbu 1:5