Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 29

Ngħixu kif jixraq lil isimna

Ngħixu kif jixraq lil isimna

(Isaija 43:10-12)

  1. 1. Glorjuż Ġeħova, etern u setgħani,

    Fil-​ħaqq perfett, u fl-​imħabba kotran.

    Int sors taʼ kull verità u fl-​għerf tisboq,

    Alla Sovran, mis-​smewwiet int Sultan.

    Aħna nitgħaxxqu naqduk bħala poplu;

    B’ferħ dwar is-​Saltna inxandru flimkien.

    (RITORNELL)

    Kbir hu l-​unur li naqduk bħala Xhieda.

    Ngħixu kif jixraq ’l isimna f’kull żmien!

  2. 2. Naħdmu mal-​aħwa fix-​xogħ’l sagru tiegħek;

    Dan żgur jgħaqqadna fl-​imħabba, fis-​sliem.

    Bil-​ferħ nimtlew għax tifħirek qed joktor.

    Nuru qdusitek u naqsmu l-​għarfien.

    B’ismek nissejħu, Ġeħova, Missierna,

    Aħna kburin li nxandruk kullimkien.

    (RITORNELL)

    Kbir hu l-​unur li naqduk bħala Xhieda.

    Ngħixu kif jixraq ’l isimna f’kull żmien!