Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

ĠEW DISINJATI?

Il-ħjut tal-molluski tal-baħar

Il-ħjut tal-molluski tal-baħar

BĦALL-koċċli, il-molluski tal-baħar jeħlu maʼ blat, injam, jew vapuri. Madankollu, għall-kuntrarju tal-koċċli li huma nfushom jeħlu sew maʼ xi ħaġa, il-molluski tal-baħar jiddendlu permezz taʼ ħafna ħjut irqaq qishom ħarir. Għalkemm il-ħjut jidhru dgħajfin wisq biex jirreżistu l-impatt tal-mewġ tal-baħar, dan il-metodu jżid il-flessibiltà tal-mollusk sabiex jiekol u jiċċaqlaq minn post għal ieħor. Imma dawn il-ħjut kif jippermettu lill-mollusk jibqaʼ jżomm u ma jinġarrx mal-kurrent?

Ikkunsidra: Il-ħjut huma ibsin f’tarf minnhom u fl-istess ħin rotob u jiġġebbdu fit-tarf l-ieħor. Xi riċerkaturi sabu li r-ratio eżatt tal-ħjut tal-mollusk—80 fil-mija taʼ materjal iebes u 20 fil-mija taʼ materjal artab—hu essenzjali biex il-mollusk jeħel bl-aktar mod sod. B’hekk, huma kapaċi jifilħu għall-ġbid u l-imbottar tal-forzi qawwijin tal-kurrenti.

Il-Professur Guy Genin jispjega li r-riżultat taʼ din ir-riċerka hu wieħed “tal-għaġeb” u jżid jgħid: “Il-meravilja taʼ dan l-organiżmu qiegħda fl-istruttura inġenjuża taʼ kif in-naħa ratba u n-naħa iebsa jaħdmu flimkien.” Ix-xjenzjati jemmnu li d-disinn taʼ dawn il-ħjut jistaʼ jintuża b’diversi modi bħal biex jitwaħħlu affarijiet maʼ bini u mal-parti li tkun fl-ilma tal-vapuri, biex jitwaħħlu l-muskoli mal-għadam, u biex jingħalaq xi ftuħ waqt operazzjoni. “Jekk nikkunsidraw biss il-modi tat-twaħħil, in-natura hi mimlija b’affarijiet tal-għaġeb li nistgħu nitgħallmu minnhom,” jgħid J. Herbert Waite, professur fl-Università taʼ Kalifornja f’Santa Barbara, l-Istati Uniti tal-Amerika.

Int x’taħseb? Il-ħjut qishom ħarir tal-mollusk tal-baħar ġew bl-evoluzzjoni? Jew ġew iddisinjati?