Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

F’DINJA TAL-​BIŻAʼ

2 | Ħu Ħsieb ix-​Xogħol u l-​Affarijiet Tiegħek

2 | Ħu Ħsieb ix-​Xogħol u l-​Affarijiet Tiegħek

GĦALA HU IMPORTANTI?

Ħafna nies isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-​ħajja. Sfortunatament, il-​problemi fid-​dinja qed jagħmluha aktar diffiċli. Għala?

  • Meta jkun hemm il-​problemi, affarijiet bħal ikel u post fejn toqgħod ikunu iżjed għoljin.

  • Kriżi fil-​pajjiż tistaʼ twassal biex in-​nies jitilfu x-​xogħol jew jaħdmu għal inqas flus.

  • Id-​diżastri jistgħu jagħmlu ħsara jew ikissru n-​negozji, id-​djar, jew l-​affarijiet tan-​nies, tant li ħafna jispiċċaw fqar.

X’Għandek Tkun Taf?

  • Iktar ma tuża l-​flus bil-​għaqal, iktar ħa tkun preparat għal żmien taʼ kriżi.

  • Ftakar li l-​paga, il-​flus, u l-​affarijiet li għandek jistgħu jitilfu l-​valur.

  • Hemm affarijiet li ma tistax tixtrihom bil-​flus, bħall-​ferħ u familja magħquda.

X’Tistaʼ Tagħmel minn Issa?

Il-​Bibbja tgħid: “La għandna x’nieklu u biex nitgħattew, għandna nkunu kuntenti b’dawn l-​affarijiet.”—1 Timotju 6:8.

Aħna nkunu kuntenti meta jkollna dak li għandna bżonn. Dan hu importanti speċjalment meta ma jkollniex ħafna flus.

Biex tkun kuntent trid titgħallem tonfoq inqas flus. Jekk dejjem tipprova tixtri dak li ma taffordjax, ħa tispiċċa b’ħafna problemi.