Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Dnubietna jistgħu jinħafrulna?

Mhuwiex diffiċli wisq biex niksbu l-​approvazzjoni t’Alla

Skont il-​Bibbja, il-​bnedmin kollha huma midinbin. Aħna writna d-​dnub mingħand l-​ewwel raġel, Adam. Għalhekk, kultant nagħmlu affarijiet ħżiena u mbagħad għandu mnejn jiddispjaċina li għamilniehom. L-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu, ħallas għal dnubietna billi miet għalina. Is-​sagrifiċċju tiegħu bħala fidwa għamel il-​maħfra possibbli. Hija għotja mingħand Alla.—Aqra Rumani 3:23, 24.

Xi nies jikkommettu dnubiet gravi u jiddubitaw jekk Alla jistax jaħfrilhom. B’ferħ, il-​Kelma t’Alla tgħid: “Id-​demm taʼ Ibnu Ġesù jnaddafna minn kull dnub.” (1 Ġwanni 1:7) Ġeħova jaħfer minn jeddu saħansitra dnubiet serji jekk ikollna attitudni xierqa taʼ ndiema.—Aqra Isaija 1:18.

Xi rridu nagħmlu biex naqilgħu l-​maħfra?

Jekk irridu li Alla Ġeħova jaħfrilna, jeħtieġ nitgħallmu dwaru billi nifhmu l-​mogħdijiet, il-​pariri, u l-​ħtiġijiet tiegħu. (Ġwanni 17:3) Ġeħova jaħfer mill-​qalb lil dawk li jduru lura mill-​kondotta ħażina tagħhom u jipprovaw jinbidlu.—Aqra Atti 3:19.

Mhuwiex diffiċli wisq għalina biex niksbu l-​approvazzjoni t’Alla. Ġeħova jifhem id-​dgħufijiet tagħna. Hu ħanin u qalbu tajba. Il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu ma tqanqlekx titgħallem iktar dwar kif tistaʼ togħġbu?—Aqra Salm 103:13, 14.