Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Tinqix Eġizzjan antik jappoġġa rakkont tal-Bibbja

Tinqix Eġizzjan antik jappoġġa rakkont tal-Bibbja

 Dan it-tinqix li hu għoli tmien metri, jinsab viċin id-daħla tat-tempju antik Eġizzjan t’alla Amun f’Karnak. Studjużi jgħidu li dan it-tinqix juri r-rebħiet tal-Fargħun Sisak kontra postijiet li jinsabu lejn il-Grigal tal-Eġittu, inkluż Ġuda u s-saltna tat-Tramuntana t’Iżrael.

Parti mit-tinqix li jinsab f’Karnak mill-viċin li juri l-priġunieri maqbudin

 It-tinqix juri lil Amun jippreżenta iktar minn 150 priġunier lil Sisak, jew Sheshonk. a Kull priġunier jirrappreżenta post li ntrebaħ. L-ismijiet tal-postijiet huma mnaqqxin f’forom ovali quddiem kull priġunier. Numru t’ismijiet għadhom jintgħarfu, u ftit minnhom huma familjari għall-qarrejja tal-Bibbja. Fosthom hemm Bet-segħan, Gibegħon, Megiddo, u Sunem.

 L-attakk tal-Eġittu kontra Ġuda hu msemmi fil-Bibbja. (1 Slaten 14:25, 26) Fil-fatt, il-Bibbja tagħti dettalji speċifiċi dwar l-attakk taʼ Sisak. Il-Bibbja tgħid: “U ġara fil-ħames sena tas-Sultan Reħobogħam li Sisak, is-sultan taʼ l-Eġittu, telaʼ kontra Ġerusalemm . . . b’elf u mitejn karru u b’sittin elf rikkieb taż-żwiemel; u n-nies li ħarġu miegħu mill-Eġittu ma jingħaddux. . . . U ħa taħt idejh il-bliet fortifikati taʼ Ġuda u fl-aħħar wasal saħansitra sa Ġerusalemm.”—2 Kronaki 12:2-4.

 It-tinqix f’Karnak mhux l-unika evidenza arkeoloġika tal-attakk taʼ Sisak kontra l-art taʼ Iżrael. L-isem “Sheshonk” instab ukoll fuq biċċa minn monument tal-ġebel li nstabet f’Megiddo, belt imsemmija fil-Bibbja.

 Ir-rakkont veru u dettaljat tal-Bibbja dwar ir-rebħa taʼ Sisak kontra Ġuda hu eżempju taʼ kemm kienu onesti l-kittieba tal-Bibbja. Huma ma kitbux biss dwar ir-rebħiet tagħhom imma anki dwar it-telfiet. Din l-onestà ġeneralment ma ssibhiex f’kittieba oħra tal-antik.

a Il-mod kif “Sisak” hu spellut fil-Bibbja jirrifletti kif jiġi pronunzjat bl-Ebrajk.