Malakija 3:1-18

3  “Ara! Qed nibgħat lill-messaġġier tiegħi,+ u jrid iħejji triq quddiemi.+ U f’daqqa waħda jiġi fit-tempju Tiegħu+ l-Mulej il-veru,*+ li lilu qegħdin tfittxu, u jiġi l-messaġġier+ tal-patt+ li bih titgħaxxqu.+ Ara! Jiġi żgur,” qal Ġeħova taʼ l-armati.+  “Imma min se jissaporti jum il-miġja tiegħu,+ u min se jiflaħ jieqaf meta jidher hu?+ Għax se jkun bħan-nar tar-raffinatur+ u bħas-sapun*+ tal-ħasselin.+  U jrid joqgħod bil-qiegħda bħala raffinatur u wieħed li jnaddaf il-fidda+ u jnaddaf lil ulied Levi;+ u jrid isaffihom bħad-deheb+ u bħall-fidda, u jsiru għal Ġeħova nies li qed jippreżentaw offerta bħala għotja+ bis-sewwa.  U l-offerta bħala għotja mingħand Ġuda u Ġerusalemm se tkun togħġob lil Ġeħova,+ bħal fil-jiem taʼ żmien twil ilu u bħal fis-snin tal-qedem.+  “U nersaq lejkom għall-ġudizzju,+ u nsir xhud ħafif+ kontra s-sħaħar,+ kontra l-adulteri,+ kontra dawk li jaħilfu falz,+ u kontra dawk li jagħmlu frodi fil-pagi tal-ħaddiem+ u li jimbroljaw lill-armla+ u lit-tifel bla missier,+ u kontra dawk li jkeċċu lir-resident barrani,+ filwaqt li huma ma jibżgħux minni,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.  “Għax jien Ġeħova; jien ma nbdiltx.+ U intom ulied Ġakobb; intom ma ntemmejtux.+  Minn jiem missirijietkom warrabtu r-regolamenti tiegħi u ma ħaristuhomx.+ Erġgħu lura lejja, u jien nerġaʼ lura lejkom,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati. U intom għedtu: “B’liema mod nerġgħu lura?”  “Jistaʼ l-bniedem jisraq lil Alla? Imma intom tisirquni.” U intom għedtu: “B’liema mod sraqniek?” “Fl-għexur u fil-kontribuzzjonijiet.  Lili qed tisħtu+ b’saħta, u lili qed tisirqu—il-ġens kollu kemm hu. 10  Ġibu l-għexur kollha+ fil-maħżen, biex ikun hemm l-ikel f’dari;+ u għadduni minn prova, jekk jogħġobkom, f’dan ir-rigward,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “u taraw jekk iniex se niftħilkom bwieb l-għargħar tas-smewwiet+ u nitfaʼ fuqkom xita taʼ barkiet sakemm ma jkun jonqoskom xejn iktar.”+ 11  “U se nċanfrilkom lill-wikkiel,+ u ma jirrovinalkomx il-frott taʼ l-art, lanqas id-dielja fl-għalqa ma tkunilkom bla frott,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati. 12  “U l-ġnus kollha se jiddikjarawkom henjin,+ għax intom se ssiru pajjiż t’għaxqa,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati. 13  “Qawwi kien kliemkom kontrija,”+ qal Ġeħova. U intom għedtu bejnietkom: “X’għedna kontrik?”+ 14  “Intom għedtu, ‘Għalxejn taqdi ’l Alla.+ U x’jiswa li ħarisna l-obbligu lejh, u li mxejna b’qalbna sewda minħabba Ġeħova taʼ l-armati?+ 15  Issa qed niddikjaraw henjin lin-nies prużuntużi.+ U wkoll, dawk li jagħmlu l-ħażen inbnew.+ Barra minn hekk, jibqgħu jgħaddu lil Alla minn prova u jgħadduha lixxa.’”+ 16  Dak iż-żmien dawk li kellhom il-biżaʼ taʼ Ġeħova+ tkellmu bejniethom, kull wieħed maʼ sieħbu, u Ġeħova ta kas u qagħad jismaʼ.+ U ktieb it-tifkira beda jinkiteb quddiemu+ dwar dawk li għandhom il-biżaʼ taʼ Ġeħova u dwar dawk li jaħsbu fuq ismu.+ 17  “U jsiru tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “dakinhar li nagħmilhom il-proprjetà speċjali tiegħi.+ U nagħdirhom, sewwasew bħalma raġel jagħder lil ibnu li jaqdih.+ 18  U intom terġgħu taraw id-distinzjoni bejn bniedem sewwa u wieħed mill-agħar,+ bejn wieħed li jaqdi lil Alla u wieħed li ma qdiehx.”+

Noti taʼ taħt

Dan jirreferi għal “Ġeħova taʼ l-armati.”
Letteralment, “lissija.”