Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Hemm ġenna tal-art għal dawk li jgħaddu ħajjin wara l-aħħar jiem

X’tgħid il-Bibbja?

X’tgħid il-Bibbja?

Qegħdin aħna ngħixu “fl-aħħar jiem”?

Int x’taħseb?

  • Iva

  • Le

  • Forsi

Dak li tgħid il-Bibbja

“Fl-aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Timotju 3:1) Il-profeziji tal-Bibbja, flimkien mal-ġrajjiet kurrenti, jidentifikaw iż-żminijiet tal-lum bħala “l-aħħar jiem.”

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-Bibbja?

  • L-aħħar żminijiet kellhom jiġu identifikati minn gwerer, ġuħ, terremoti, u mard qattiel li jittieħed.—Mattew 24:3, 7; Luqa 21:11.

  • Matul l-aħħar jiem, il-moralità u l-ispiritwalità tan-nies kienu se jieħdu tisbita kbira.—2 Timotju 3:2-5.

X’hemm lest fil-futur għall-bnedmin?

Xi nies jemmnu . . .li l-aħħar jiem se jispiċċaw meta tinqered l-art u kull min jgħix fiha, waqt li oħrajn jittamaw li l-kundizzjonijiet fuq l-art jitjiebu. Int x’taħseb?

Dak li tgħid il-Bibbja

“Il-ġusti se jirtu l-art, u jgħammru fiha għal dejjem.”Salm 37:29.

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-Bibbja?