Mur fil-kontenut

Huwa Xieraq li l-Kristjani Jużaw il-Kontraċettivi?

Huwa Xieraq li l-Kristjani Jużaw il-Kontraċettivi?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Ġesù ma kkmandax lis-segwaċi tiegħu biex ikollhom jew ma jkollhomx it-tfal. U lanqas id-dixxipli taʼ Ġesù ma ħarġu istruzzjoni bħal din. Imkien fil-Bibbja ma hemm miktub li l-kontraċettivi huma kundannati b’mod espliċitu. F’din il-kwistjoni, japplika l-prinċipju mniżżel f’​Rumani 14:12: “Kull wieħed minna se jagħti kont tiegħu nnifsu lil Alla.”

 Għalhekk, il-koppji miżżewġin huma liberi li jiddeċiedu għalihom infushom jekk jibnux familja jew le. Jistgħu jiddeċiedu wkoll kemm-il wild se jkollhom u meta se jkollhom it-tfal. Jekk raġel u mara miżżewġin jagħżlu li jużaw forma mhux abortiva taʼ kontraċezzjoni sabiex jevitaw it-tqala, dik tkun id-deċiżjoni u r-responsabbiltà personali tagħhom. Ħadd m’għandu jiġġudikahom.—Rumani 14:4, 10-13.