Mur fil-kontenut

Mard Kroniku—Tista’ Tgħin il-Bibbja?

Mard Kroniku—Tista’ Tgħin il-Bibbja?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Iva. Alla jimpurtah mill-qaddejja tiegħu li huma morda. Rigward qaddej leali, il-Bibbja tgħid: “Ġeħova se jwieżnu fuq is-sodda tal-mard.” (Salm 41:3) Jekk għandek mard kroniku, it-tliet passi li ġejjin jistgħu jgħinuk tkampa:

  1.   Itlob għas-saħħa biex tkampa. Tistaʼ tingħata “l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb,” li tistaʼ tnaqqaslek l-ansjetà u ssostnik.—Filippin 4:6, 7.

  2.   Kun pożittiv. Il-Bibbja tgħid: “Qalb ferħana tagħti s-saħħa, ruħ imnikkta tmewwet il-ġisem.” (Proverbji 17:22, Għaqda Biblika Maltija) Ikkultiva s-sens umoristiku tiegħek, ladarba dan mhux biss inaqqas id-dwejjaq imma jistaʼ jkun ukoll taʼ benefiċċju għal saħħtek.

  3.   Ibni t-tama tiegħek fil-futur. Tama soda tistaʼ tgħinek tkun ferħan minkejja mard kroniku. (Rumani 12:12) Il-Bibbja tbassar żmien meta “ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’” (Isaija 33:24) Alla mbagħad se jfejjaq il-mard kroniku kollu li ma tistax tfejjaq ix-xjenza moderna. Pereżempju, il-Bibbja tgħid li l-anzjani se jerġgħu jsiru żgħażagħ u f’saħħithom: “Ħa jsir laħmu iktar frisk milli fiż-żgħożija; ħa jmur lura lejn il-jiem mimlijin enerġija taż-żgħożija.”—Ġob 33:25.

 Nota: Waqt li jirrikonoxxu l-għajnuna li Alla jipprovdi, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jfittxu wkoll kura medika għall-mard kroniku. (Marku 2:17) Madankollu, aħna ma nirrikkmandaw l-ebda kura medika; inħossu li kull persuna għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha stess rigward is-saħħa.