Mur fil-kontenut

Meta se tispiċċa d⁠-⁠dinja?

Meta se tispiċċa d⁠-⁠dinja?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

 Biex inkunu nafu meta se tispiċċa d-​dinja, hu importanti li l-​ewwel nifhmu kif il-​Bibbja tuża l-​kelma “dinja.” Il-​kelma Griega kosmos, li normalment tiġi tradotta “dinja,” ħafna drabi tirreferi għall-​umanità, b’mod partikulari għal dawk li ma jgħixux fi qbil mar-​rieda t’Alla. (Ġwanni 15:18, 19; 2 Pietru 2:5) Xi drabi, kosmos tirreferi għall-​bażi tas-​soċjetà umana, inkluż is-​sistema kummerċjali, politika, u reliġjuża tagħha.—1 Korintin 7:31; 1 Ġwanni 2:15, 16. a

X’inhu “tmiem id-​dinja”?

 Il-​frażi “tmiem id-​dinja,” li tidher f’ħafna traduzzjonijiet tal-​Bibbja, tistaʼ wkoll tfisser il-​“konklużjoni tas-​sistema.” (Mattew 24:3; Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija) Din ma tirreferix għall-​qerda tad-​dinja jew tal-​umanità kollha, imma għat-​tmiem tan-​nies li ma jridux jaqdu lil Alla.—1 Ġwanni 2:17.

 Il-​Bibbja tgħallem li “dawk li jagħmlu l-​ħażen se jitqaċċtu ’l barra” biex in-​nies tajbin ikunu jistgħu jgawdu l-​ħajja fuq l-​art. (Salm 37:9-​11) Din il-​qerda se seħħ fit-​‘tribulazzjoni l-​kbira,’ u se tilħaq il-​quċċata tagħha fil-​gwerra taʼ Armageddon.—Mattew 24:21, 22; Rivelazzjoni 16:14, 16.

Meta se tispiċċa d-​dinja?

 Ġesù qal: “Imma dak il-​jum u s-​siegħa ma jafhom ħadd, la l-​anġli tas-​smewwiet u lanqas l-​Iben, ħlief il-​Missier.” (Mattew 24:36, 42) Hu żied jgħid li t-​tmiem ħa jiġi bla mistenni, “f’siegħa li ma tistennewhiex.”—Mattew 24:44.

 Għalkemm ma nistgħux inkunu nafu eżatt il-​jum u s-​siegħa, Ġesù pprovda “sinjal” kompost, jew sensiela taʼ ġrajjiet, li kien se jidentifika l-​perijodu taż-​żmien li kellu jwassal għat-​tmiem tad-​dinja. (Mattew 24:3, 7-​14) Il-​Bibbja tirreferi għal dan il-​perijodu bħala “żmien it-​tmiem,” “saż-​żmien taʼ l-​aħħar,” u “fl-​aħħar jiem.”—Danjel 12:4; GħBM; 2 Timotju 3:1-​5.

Se jibqaʼ xi ħaġa wara li tispiċċa d-​dinja?

 Iva. L-​art xorta se tibqaʼ hawn, għax il-​Bibbja tgħid li “din qatt u qatt ma se titħarrek.” (Salm 104:5) U l-​art se tkun mimlija bin-​nies, bħalma twiegħed il-​Bibbja: “Il-​ġusti se jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.” (Salm 37:29) Alla se jerġaʼ jġib lura l-​kundizzjonijiet fuq l-​art bħalma kien l-​iskop tiegħu fil-​bidu:

a Il-​kelma Griega ajon ukoll hija tradotta f’ċerti Bibbji bħala “dinja.” Meta tintuża b’dan il-​mod, ajon għandha tifsira simili għal kosmos għax tirreferi għall-​bażi tas-​soċjetà umana.