Mur fil-kontenut

Huma x-​Xhieda taʼ Ġeħova Protestanti?

Huma x-​Xhieda taʼ Ġeħova Protestanti?

 Le. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova huma Kristjani, imma ma nikkunsidrawx lilna nfusna bħala Protestanti. Għala le?

 Il-​protestantiżmu ġie definit bħala “moviment reliġjuż li jopponi lill-​Kattoliċiżmu Ruman.” Filwaqt li hu minnu li x-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jaqblux mat-​tagħlim tal-​Knisja Kattolika, aħna ma nikkunsidrawx lilna nfusna bħala Protestanti minħabba r-​raġunijiet li ġejjin:

  1.   Għadd taʼ twemmin Protestant imur kontra dak li verament tgħallem il-​Bibbja. Pereżempju, il-​Bibbja tgħallem li “hemm Alla wieħed,” mhux Trinità. (1 Timotju 2:5; Ġwanni 14:28) U tgħallem b’mod ċar li Alla ma jikkastigax lil dawk mill-​agħar fin-​nar tal-​infern imma jeqridhom darba għal dejjem.​—Salm 37:9; 2 Tessalonikin 1:9.

  2.   Aħna la nipprotestaw kontra u lanqas nipprovaw inbiddlu l-​Knisja Kattolika jew kwalunkwe grupp reliġjuż ieħor. Għall-​kuntrarju, aħna sempliċement nippritkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla u nagħmlu ħilitna biex ngħinu lil oħrajn jibnu l-​fidi f’dik l-​aħbar tajba. (Mattew 24:14; 28:19, 20) Il-​mira tagħna mhijiex li nbiddlu gruppi reliġjużi oħrajn, imma li ngħallmu lill-​individwi sinċieri l-​verità dwar Alla u l-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja.​—Kolossin 1:9, 10; 2 Timotju 2:24, 25.